Lokali Qorti

Attentat biex tinxtara arma u munizzjon li kellhom jintbagħtu lil George Fenech f’Portomaso, li ilu mejjet mill-2014

Il-Kap fit-Taqsima ta’ Kontra t-Terroriżmu George Cremona qal li sar attentat biex tinxtara arma tan-nar, munizzjon u ‘silencer’ li kellu jintbagħat Portomaso. Dan kien se jintbagħat f’pakkett fuq l-indirizz, George Fenech ‘level 21’ Portomaso, San Ġiljan.

Huwa kien infurmat b’dan id-dettal mill-Homeland Security tal-Istati Uniti fid-29 ta’ Settembru tas-sena l-oħra.  Dan ifisser li min ried jimporta dawn l-armi u munizzjon uża l-indirizz ta’ persuna li kienet ilha mejta minn Diċembru tal-2014.  George Fenech jiġi missier Yorgen Fenech, akkużat bl-involviment fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Fuq din ix-xhieda l-Avukat Jason Azzopardi qal lill-Bord li kif ħareġ minn diversi recordings fix-xhieda ta’ Melvin Theuma, qal li dan kien il-perjodu li fih l-istess Melvin Theuma kien qed jibża li se jinqatel minn Yorgen Fenech.

Is-Supretendent George Cremona ta dawn id-dettalji meta kompliet l-inkjesta pubblika fuq l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.  Punt ieħor żvelart minn Cremona kien li kien hu li ħa l-inizzjattiva biex jagħmel kuntatt mal-FBI biex dawn jgħinu fl-investigazzjoni fil-qtil ta’ Caruana Galizia,

Dan huwa statement li jwaqqa’ kull dikjarazzjoni li kien għamel Joseph Muscat u Keith Schembri flimkien ma’ għadd ta’ Ministri u esponenti tal-Gvern, li kienu Muscat u Schembri li ħadu l-inizzjattiva.

Dwar l-armi u munizzjon Cremona qal li kien infurmat li dawn kellhom jinxtraw minn fuq dik li tissejjaħ dark web, tip ta’ internet li huwa sigriet u ħafna u diffiċli biex taċċessaħ. Dan id-dark web kien jismu Berlusconi

George Cremona qal li ftit wara li sar magħruf li kienet inqatlet Daphne Caruana Galizia. għall-ħabta tal-4.30pm. kien  beda l-kuntatti ma’ counterparts Amerikani biex jassistu lill-Pulizija Maltija għax hu kellu wkoll il-kuntatti. Qal li għamel hekk għax għandhom l-esperjenza f’każijiet bħal dawn.

Ikkonferma li kienet inizzjattiva tiegħu personali u li hu ma kienx informa lis-superjuri tiegħu għax dak huwa xogħolu. Wara biss li għamel il-kuntatti kien informa lill-Assistent Kummissarju Silvio Valletta li kien is-superjur tiegħu.

Qal li sar kuntatt mal-FBI, l-ewwel fl-uffiċċju tagħhom Ruma u dejjem wara kien nforma lill-eks Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar li qallu biex imexxi. Informa wkoll lill-Ambaxxata Amerikana.

Ix-xhud ġab miegħu fl-awla d-dokumenti kollha dwar dak li ddikkiskuta mal-persuna tal-FBI f’Ruma.  Dan għamlu l-ewwel permezz ta’ What’s Up mal-‘legal attache’ f’Ruma, u dawn minn naħa tagħhom bagħtu  x’jistgħu joffru.

Qal ukoll li ma kellhom l-ebda informazjoni fuq ICT dwar Malta. Tenna li sar ħafna xogħol ieħor bejn iż-żewġ partijiet, imma dwar dan ried li jixhed bil-magħluq għax huma punti delikati ħafna.

Huwa qal li fid-29 ta’ Settembru 2019 ġie nfurmat mill-Amerikani li kienu qegħdin jinvestigaw persuna li riedet tixtri arma, munizzjon u silencer, hawn ukoll xtaq li jagħti aktar informazjoni bil-magħluq. Dan il-każ kien żvelat lili mill-Home and Security Amerikana.

Kienu wettqu nvestigazzjoni fuq dark web, li hija wkoll  sistema minn fejn il-kutrabandu jiġi mixtri u dan mhux permezz ta’ VISA imma bil-Bitcoin biex ikun diffiċli biex wieħed jinqabad.

Qal li ħadem fuq każ simili ta’ ċertu Jomic Calleja, li allegatament ipprova jixtri il-velenu Polonium, u li  kien sar control delivery fuq dan il-każ. “Konna se naħdmu l-istess imma d-dark web Berlusconi tniżżlet mill-awtoritajiet Taljani u ma stajniex inkomplu mmexxu qal ix-xhud. Wara l-Bord talab lill-ġurnalist bex jirtiraw  biex il-każ ikompli jinstema’ bil-magħluq.

L-A.Ġ. Peter Grech kien qal lill-Bord tal-Accountancy biex ma jiddixxiplinax lil Brian Tonna u Karl Cini

L-inkjesta semgħet ukoll ix-xhieda ta’ żewġ uffiċjali mill-Bord tal-Kontabilità, li ġġustifikaw in-nuqqas ta’ azzjoni tagħhom li jieħdu passi fil-konfront tal-kumpanija Nexia BT  u Brian Tonna li kien immexxiha u Karl Cini, l-partner tiegħu.

Dan fuq fuq il-bażi ta’ parir legali mogħti mill-Avukat Ġenerali Peter Grech biex ma jiddixxiplinawxhomx qabel kundanna kriminali. Dan xehdu dwaru ċ-Chairman tal-Bord tal-Accountancy il-Professur Peter J. Baldacchino u Martin Spiteri li huwa s-Segretarju tal-Bord.

Dawn qalu li xtaqu li tinbidel il-liġi fuq kif għandhom jittieħdu passi, imma l-Avukat Ġenerali kien qalilhom li aħjar le, għax tkun perikoluża. Il-Professur Baldacchino qal li rċevew ittra minn naħa ta’ Nexia BT biex il-proċeduri li ttieħdu, dik li rtirlawlhom il-liżenzji jiġu ritirati.

Qal li dan sar fuq allegazzjoni ta’ self  ta’ €100,000 u l-bord mhux konvint li din kienet loan. Qal li huma għamlu “quality assurance” fejn għamlu spezzjonijiet u marru l-uffiċċju ta’ Nexia BT fuq files.

Qal li fil-25 ta’ Settembru li għadda tħabbar li l-Bord tal-Accountancy ħa azzjoni kontra Brian Tonna u Karl Cini minn Nexia BT wara l-arresti tagħhom il-ġimgħa li għaddiet, u ssospendielhom il-liċenzji tagħhom bħala accountants.

Il-Bord issospenda wkoll iċ-ċertifikati tal-prattika taż-żewġ irġiel fl-editjar, u r-reġistrazzjoni ta’ Nexia BT u s-sussidjarji tagħha, BTI Management Limited u Nexia BT Advisory Services Limited.

Tenna li kellhom ukoll laqgħat mal-FIAU. Ix-xhud jgħid li l-Bord apponta espert finanzjarju wkoll sabiex jinvestiga l-allegazzjonijiet li saru mill-Membru Parlamentari Ewropew David Casa.

Baldacchino ikkonferma li fl-2017, it-Taqsima tal-Quality Assurance fil-Bord kienet għaddejja b’ħidma biex tinvestiga lil Nexia BT. Fl-2017, il-Bord ħa l-parir tal-Avukat Ġenerali.

Żied jgħid li għall-Bord ma kienx ċar sa fejn kellhom jinvestigaw. Żied jgħid li għall-Bord ma kienx ċar sa fejn kellhom jinvestigaw. Il-Professur Baldacchino stqarr li l-Avukat Ġenerali qalilhom li perikoluż li tbiddel il-liġi.  

Fuq mistoqsijiet tal-Avukat Therese Comodini Cachia huwa ssokta jgħid li l-Bord ma setax iwettaq l-investigazzjonijiet bl-aħjar mod, u semma kif, pereżempju, ma rċivewx kopja tar-rapport fuq l-inkjesta maħruġa fl-aħħar jiem fuq allegazzjonijiet ta’ tixħim ta’ flus minn Brian Tonna fil-bejgħ tal-passaporti.

Mistoqsi fuq jekk il-Bord tal-Accountancy talabx informazzjoni fuq il-kumpaniji sigrieti li Nexia BT fetħet fil-Panama. Baldacchino qal li l-Bord kien sejjaħ lil Brian Tonna u talbu jagħti spjegazzjoni. Hu pprova jikkonvinċihom bil-verżjoni tiegħu “tal-verità.”

L-Imħallef Abigail Lofaro bdiet tippressa lil Baldacchino b’mistoqsijiet fuq l-investigazzjonijiet li għamel il-Bord fuq Brian Tonna u qaltlu li wara erba’ snin kellkom ukoll tal-anqas l-obbligu li jagħmlu xi ħaġa wara li ħarġu l-tal-istejjer Panama Papers li ħamġu lil Malta. “Bħala Bord għandkom taraw x’inhu jiġri għal ġid ta’ professjoni qalet l-Imħallef.

Qal li kienu qed isegwu kollox il-Bord fuq Nexia u anke Egrant, ltaqgħu mal-Pulizija u anke ma’ Ian Abdilla li kien imexxi l-FIAU u suppost kellhom jerġgħu jiltaqgħu.

Il-Professur Baldacchino qal li bdew jinvestigaw lil Brian Tonna fuq l-allegazzjonijiet ta’ ħasil tal-flus. L-Avukata Comodini Cachia staqsiet jekk ikkunsidrawx il-“loan li rċieva Keith Schembri bħala falza.”

Ix-xhud qal li Tonna qalilhom li ma kellu l-ebda flus f’idejh u li kellu bżonn il-flus għas-separazzjoni. Tenna li anke fuq parir legali hu qal li bħala Bord ma jistgħux jieħdu azzjoni peress li l-każ ikun għadu għaddej fil-Qorti.

Il-Bord tal-Accountancy ra l-ftehim tas-separazzjoni. L-Avukata Comodini Cachia ssemmi kif l-FIAU ttraċċaw “ir-repayment tal-loan” u staqsew jekk rawx provi ta’ xi dokumenti biex jittieħed il-loan.

Baldacchino qal li f’Malta hawn żewġ problemi ewlenin: ir-relazzjoni mar-regolaturi u l-fatt li l-proċeduri legali ma jħallux lill-Bord tal-Accountancy jinvestiga kif inhu xieraq.

Il-Bord tal-Inkjesta hawn ma qabilx u nnota kif il-Bord tal-Accountancy għandu d-dover li jissalvagwardja l-integrità tal-professjoni u bl-ebda mod ma messu ttollera l-iskandlu internazzjonali tal-Panama Papers.  

L-Imħallef Lofaro urtata bit-tweġibiet tax-xhud qalet: “Kif jista’ jkun m’għamiltu xejn?!” Li kieku l-Accountacy Bord għamlet ix-xogħol tagħha ma kienx ikun hemm konsegwenzi.

L-inkjesta għandha l-għan tiddetermina jekk l-Istat setax għamel aktar biex jipprevjeni l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u qed tinstema’ mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, li qed imexxi l-inkjesta, l-eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro  

Għall-familja ta’ Daphne Caruana Galizia qed jidhru l-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia. L-inkjesta se tkompli l-Ġimgħa bix-xhieda ta’ Paul Apap Bologna u Mark Gasan, li huma s-sħab ta’ Yorgen Fenech fid-deal tal-Electrgas u jista’ jkun li għandhom informazzjoni li tista’ tagħti aktar saħħa lill-Bord ta’ Inkjesta biex tasal għad-deċiżjoni finali tagħha.

Apap Bologna li huwa mportatur tal-mediċini u Gasan fost tnejn mid-diversi persuni nvoluti fid-deal tal-Electrogas u li għandhom persentaġġ għoli fl-isħma tal-powerstation li qajjmet tant kontroversarji fil-pajjiż.