Sport Sport Ieħor

Serena Williams tirtira mill-Open ta’ Franza

Ir-rebbieħa ta’ 23 Grand Slam irtirat mill-Open ta’ Franza, minħabba li weġġat. Hi kienet mistennija tilgħab il-konfront tat-tieni rawnd kontra Tsvetana Pironkova illum. Saħansitra kienet diġa bdiet tiprepara għal-partita, iżda wara diskussjoni mal-kowċ tagħha, qablu li l-aħjar huwa li ma tikkompetix.

Din l-injury sofrieta fl-Open tal-Istati Uniti, u kompliet tipprova tibqa’ tilgħab, iżda l-uġigħ baqa jippersisti u ddeċidiet li twaqqaf l-impenji tagħha. Hi rebħet il-logħba tal-ewwel rawnd 7-6 7-2 6-0 kontra Kristie Ahn. 

Hi mistennija ddum wieqfa għal madwar erba’ jew sitt ġimgħat, b’dan ifisser li probabli din is-sena mhux se tikkompeti f’kompetizzjoni oħra.