“Kull post ta’ xogħol għandu mhux biss jieħu l-miżuri kollha disponibbli biex jiġu evitati inċidenti fuq il-post tax-xogħol imma wkoll japplikahom”.
Hekk sostniet fi stqarrija l-UĦM Voice of the Workers wara li fi stqarrija uriet is-sogħba tagħha għall-imwiet traġiċi f’inqas minn 24 siegħa ta’ Christ Zahra, impjegat tal-Malta Freeport Terminals, u Mario Vella li tilef ħajtu f’inċident waqt li kien qiegħed għaddej b’xogħol ta’ tindif fil-mini ta’ Ħal Kirkop.
Filwaqt li l-UĦM tat il-kondoljanzi sinċiera lill-familji, u kollegi tal-vittmi, hija saħqet dwar l-importanza u l-prijorità tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol.
L-Unjin saħqet li dan jista’ jsir mhux biss bl-involviment tal-ħaddiema imma wkoll bil-kollaborazzjoni ta’ min iħaddem u tal-imsieħba soċjali.
//= $special ?>