Lokali

Tkompli l-votazzjoni bikrija

Illum tkompli l-votazzjoni bikrija għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista; votazzjoni specjali iddedikata għal persuni li għandhom diffikultà ta’ mobbiltà jew li jeħtieġu assistenza.

Din is-sessjoni tal-votazzjoni qed issir fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista f’Tal Pietà bejn is-2pm u 8pm, bil-Kummissjoni Elettorali tal-Partit għamlet arranġamenti speċjali ħalli tiffaċilità l-votazzjoni għal kulħadd.

Sa qabel din it-tielet ġurnata tal-votazzjoni bikrija, fl-ewwel żewġ sessjonijiet kienu vvutaw diġà 48% tat-tesserati. B’kollox hemm 21,499 persuna li huma eliġibbli jivvutaw f’din l-elezzjoni li tiġi fi tmiemha nhar is-Sibt.

Wara s-sessjoni tal-lum, il-votazzjoni bikrija tkompli għada u l-Ġimgħa bejn is-6.00pm u d-9.00pm biex is-Sibt, il-jum propju tal-elezzjoni, il-votazzjoni tkompli  bejn it-8.00pm u l-4.00pm, bl-eċċezzjoni t’Għawdex fejn hemmhekk is-Sibt l-elezzjoni tagħlaq fis-2.00pm.

Min imur jivvotta għandu jieħu miegħu id-dokument tal-votazzjoni li rċieva bil-posta.  F’kaz li tesserat ma jkunx irċieva dan id-dokument, dan xorta jista’ jivvota, bil-Karta tal-Identita’. Kull votant għandu jieħu miegħu il-karta tal-identità jew xi dokument ieħor ta’ identifikazzjoni.