Bejn illejla u għada tintlagħab it-tielet ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier b’bosta ta’ partiti interessanti fejn l-aktar konfront li jispikka jkun dak bejn Valletta u Gżira United.
Valletta kellhom bidu tajjeb ħafna tal-kampjonat fejn sa issa għandhom punti massimi minn żewġ partiti wara li kisbu żewġ rebħiet konsekuttivi kontra Birkirkara u Balzan rispettivament. Mhux l-istess jista’ jingħad għal Gżira fejn fl-ewwel żewġ partiti ħadu telfa u draw, bit-tim imexxi minn Darren Abdilla se jkun qed ifittex rebħa biex iżomm il’ pass mal-istess Valletta.
Floriana se jkunu qed jittamaw li jħallu warajhom it-telfa ta’ 3-1 kontra Hibernians meta jilgħabu kontra Sirens. It-tim minn San Pawl il-Baħar kiseb punt importanti kontra Sliema Wanderers fit-tieni ġurnata u żgur se jgħin fil-moral tat-tim wara t-telfa kbira li sofrew kontra Ħamrun Spartans fl-ewwel partita.
Hibernians jistgħu jżidu tliet punti oħra wara r-rebħa li kisbu kontra ċ-champions Floriana meta jilgħabu kontra r-rivali Tarxien Rainbows li minn naħa tagħhom kisbu telfa u draw fl-ewwel żewġ partiti tagħhom.
Birkirkara se jkunu qed ifittxu l-ewwel punti tal-istaġun meta jilgħabu kontra t-tim neo promoss Lija Athletic. Fl-ewwel żewġ partiti tagħhom Birkirkara sofrew żewġ telfiet kontra Valletta u Mosta. Lija għadhom ġejjin minn telfa diżappuntati ta’ 2-0 kontra Gudja United u f’din il-partita se jkunu konxji mill-qawwa tal-avversarji.
Ħamrun Spartans s’issa mpressjonaw bil-kbir fil-kampjonat fejn kisbu żewġ rebħiet kbar fl-ewwel partiti ta’ dan l-istaġun u l-partita kontra Senglea żgur se tkun ta’ motivazzjoni għal Ħamrun. Senglea kisbu l-ewwel punt tal-istaġun kontra Żejtun Corinthians fejn minkejja li għamlu l-maġġoranza tal-partita fil-vantaġġ sofrew gowl fit-tmiem.
Sliema Wanderers jisfidaw lil Santa Lucia, bit-tim Slimiz se jkun qed ifittex li jpatti taż-żewġ punti li tilfu kontra Sirens fl-aħħar partita. Għal Santa Lucia din se tkun partita diffiċli wara t-telfa kbira li sofrew kontra Ħamrun Spartans.
Mosta jilgħabu kontra Balzan, bit-tim ta’ Mota għadu ġej minn rebħa sorpriża ta’ 3-0 kontra Birkirkara. Balzan minn naħa tagħhom kisbu telfa minima ta’ 1-0 kontra Valletta filwaqt li fl-ewwel partita rebħu 1-0 kontra Tarxien.
Żejtun Corinthians se jkunu qed iftixxu l-ewel tliet punti tal-istaġun meta jilgħabu kontra Gudja United li minn naħa tagħhom dan l-istaġun kisbu draw u rebħa filwaqt li Żejtun kisbu żewġ draws.
Kampjonat BOV Premier
Illum: Stadium Nazzjonali: Tarxien R. v Hibernians 5.00pm, Valletta v Gżira Utd. 9.15pm, Centenary Stadium: Lija A. v Birkirkara 5.00pm, Ħamrun S. v Senglea A. 9.15pm, Għada: Stadium Nazzjonali: Mosta v Balzan 5.00pm, Żejtun C. v Gudja Utd. 9.15pm, Centenary Stadium: Floriana v Sirens 5.00pm, Sliema W v Santa Lucia 9.15pm
//= $special ?>