Jordi Farrugia
Valletta……………………..1
Gżira………………………..3
Valletta: H. Bonello, J. Caruana, T. Caruana (N. Pulis 83’), S. Malano (M. Alba 83’), N. Taylon, M. Piciollo (L. Aguirre 71’), K. Nwoko (S. Dimech 58’), E. Pena Beltre, J. Zerafa, R. Muscat, M. Jovanovic
Gżira: J. Haber, G. Bohrer, S. Borg, N. Muscat, M. Davis, H. Kone (C. Borg 63’), J. Usaga, R. Correa, S. Borg, A. Samb, J. De Assis
Referee: T. Farrugia Cann
Assistent referees: L. Portelli, T. Debono
Żball fid-difiża ta’ Valletta fl-aħħar minuti jagħti rebħa ta’ 3-1 lil Gżira. Valletta fl-ewwel żewġ ħarġiet tagħhom dan l-istaġun kisbu żewġ rebħiet kontra Birkirkara u Balzan rispettivament. Gżira minn naħa tagħhom kellhom bidu diffiċli fejn kull ma’ kisbu punt minn massimu ta’ sitt punti. It-tim imexxi minn Darren Abdilla kienu għall-ewwel darba perikolużi fil-25 minuta meta minn pass ta’ Correa kien Samb li daħal fil-kaxxa bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata minn Bonello. Valletta laqtu l-lasta fit-28 minuta meta minn azzjoni maħduma bejn Malano, Picciolo u Taylon kien dan tal-aħħar li ra l-konklużjoni tiegħu minn pożizzjoni angolata taħbat mal-wieqfa. Valletta għal darb’oħra qrib li jiftħu l-iskor meta l-konklużjoni ta’ Muscat kienet devjata minn Borg bil-ballun jispiċċa fuq is-saqaf tax-xibka. Valletta fetħu l-iskor minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta minn cross minfuq il-lemin ta’ Santiago Malano sab lil MATTEO PICCIOLLO li b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb lil Haber għal 1-0. Ftit sekondi wara, Gżira United ingħataw penalty dubjuż meta d-difensur ta’ Valletta Jovanovic deher li waqqa’ lil De Assis fil-kaxxa u minn ħdax –il metru AMADOU SAMB ġab id-draw.
Fit-tieni taqsima ż-żewġ timijiet ftit li xejn ħolqu azzjonijiet ta’ periklu bil-maġġoranza tal-logħob jiżvolġi f’nofs il-grawnd. Fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem it-tieni taqsima żball difensiv bejn Jonathan Caruana u Henry Bonello ta’ t-tliet punti lil Gżira meta MARTIN DAVIS aprofitta mill-iżball. B’ Valletta kollox fuq l-attakk biex iġibu l-gowl tad-draw, b’azzjoni personali l-istess DAVIS għamilhom 3-1.
//= $special ?>