Futbol Sport

Floriana jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Floriana…………..3

Sirens……………..2

Floriana: J. Spiteri, E. Ruiz, D. Venancio, N. Leone, K. Keqi (D. Agius 76’), B. Paiber (M. Beye 83’), J. Pisani, M. Dias, J. Busuttil (A. Cini 87’), R. Camenzuli, T. Fonseca

Sirens: D. Cassar, J. Pearson, R. Grech, W. De Oliveira (J. Walker 60’), R. Dos Anjos, M. Da Silva, S. Tounkara (M. Mifsud 78’), R. Scicluna, T. Agius (W. Domoraud 69’), M. Bustos, R. Romao

Referee: G. Tonna

Assistant referees: E. Spiteri, M. Scerri

Floriana rritornaw għar-rebħ wara li fl-aħħar ħarġa tagħhom tilfu 3-1 kontra Hibernians meta għelbu lil Sirens 3-2. Kienu Floriana li fetħu b’mod tajjeb u wara azzjoni maħduma bejn numru ta’ plejers kien il-cross minfuq ix-xellug ta’ Camenzuli li sab lil JAN BUSUTTIL żmarkat li kkonkluda mal-ewwel.

Minkejja li Floriana komplew jiddominaw l-pusses tal-ballun kienu Sirens li ġabu d-draw fit-18 –il minuta bi ġmiel ta’ gowl minn barra l-kaxxa ta’ SAMBA TOUNKARA. Floriana resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ fit-28 minuta meta minn pass ta’ Busuttil, Fonseca minn pożizzjoni angolata xxutja f’idejn Cassar. Florirna resqu viċin li jmorru fil-vantaġġ minuta minn tmiem l-ewwel taqsima meta l-freekick ta’ Venancio kien parzjalment salvat minn Cassar li reġa’ salva t-tieni tentattiv ta’ Pisani.

Floriana ħarġu aħjar fit-tieni taqsima u marru fil-vantaġġ fid-49 minuta meta minn cross ta’ Leone d-daqqa ta’ ras ta’ Pisani kienet parzjalment salvata minn Cassar, bil-ballun jispiċċa f’saqajn KRISTIAN KEQI li mill-viċin spara fis-saqaf tax-xibka. Floriana għamluhom 3-0 meta minn pass ta’ Paiber, il-cross fil-baxx ta’ JAN BUSUTTIL kien devjat għal ġewwa minn Ryan Grech. Sirens reġgħu daħlu fil-partita fis-77 permezz ta’ gowl ta’ ANGEL MANUEL BUSTOS. Floriana temmew il-konfront jilgħabu b’għaxra meta fil-ħin addizzjonal Nicola Leone ntwera’ t-tieni karta safra.