Lokali

“Għadna qed nistennew” – l-Akkademja tal-Malti

L-alfabett Malti għadu ma jistax jintuża - l-Akkademja tal-Malti b’appell lill-Gvern biex jaġġorna s-sistema

Fi stqarrija l-Akkademja tal-Malti qalet li sa issa għadhom qed jistennew biex ikunu jistgħu jużaw sistema moderna li biha l-ismijiet tat-tfal li jinkitbu bl-ittri Maltin u li ma jinstabux fl-alfabett Ingliż, ikunu jistgħu ikunu reġistrati.

Intqal li b’referenza għall-artiklu li deher fis-Sunday Times of Malta tal-20 ta’ Settembru 2020 li fiha ċittadin xtaq jirreġistra l-isem ta’ bintu li fih l-ittra “ż”, bl-Akkademja tal-Malti tfakkar lis-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, li huwa responsabbli mir-Reġistru Pubbliku, biex jieħu passi minnufih u jsolvi din il-problema mill-aktar fis.

L-Akkademja qalet li kienet diġà ppubblikat stqarrija uffiċjali bl-isem “Ir-Reġistrazzjoni tal-Ismijiet ta’ Wliedna bil-Malti” erba’ xhur ilu.

Ftit ġranet wara Alex Muscat kien wiegħed li din il-kwistjoni kellu jsolviha ma jdumx… madanakollu sa issa dan in-nuqqas għadu ma ġiex solvut.