Lokali Qorti

Ġurnalist Taljan jgħid li l-każ ta’ theddid fuqu minn Neville Gafa spiċċa diskuss fil-Parlament Taljan

Sebastiano Scavo li huwa ġurnalist magħruf Taljan li jaħdem mal-ġurnal influwenti ta’ Milan, Avveninere qal li l-każ ta’ theddid li sar minn Neville Gafa fuqu spiċċa anke jiġi diskuss fil-Parlament Taljan.

Scavo li fuq twitter jitkellem ħafna dwar is-sofferenza li minnha jgħaddu l-immigranti llegali li jkunu qegħdin jaqsmu l-baħar Mediterranju beda proċeduri fil-Qorti kontra Neville Gafa li kien jaħdem fl-uffiċċju tal-Prim Ministru u anke għamel żmien Projects Director fil-Ministeru tas-Saħħa.

Gafa qed jiġi mixli li hedded lil Scavo meta fis-27 ta’ Ġunju li għadda permezz ta’ tweet Gafà qal lil Sebastiano Scavo “Stop your dirty business. If not we will be stopping you”.

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea semgħet kif fil-5 ta’ Awwissu li għadda, il-Pulizija daħlilhom ilment minn Scafo fir-rigward tal-kumment li Gafà għamel fuq il-media soċjali.

Scavo li huwa residenti Como qal fil-Qorti li ħassu mhedded sew mill-kummenti ta’ Gafa u xtaq li jkun jaf min huma dawk il-persuni li kienu se jwaqqfuh jgħid dak li jħoss fuq l-immigrazzjoni, meta Gafa qallu li jekk ma jieqafx “se nwaqqfuk aħna.”

Scavo qal li bħala ġurnalist isegwi lil Malta u dak li jiġri fil-Mediterran qal li huwa għamel  kumment  forma ta’ mistoqsija lil Neville Gafa waqt ic-chat u t-tweiġha minn naħa tiegħu kienet theddida gravi. “Kieku ried seta’ ma jwiġibx qal il-ġurnalist Taljan.

Qal li t-tweet oriġinali kienet fuq dik tal-organiżazzjoni Alarm Phone, li hija privata li l-għan tagħha huwa li ssalva l-emmigranti. Qal li kienu ħafna li kkummentaw fuq dak li qal, “mal-lejl 95 persuna setgħu ġew salvati u iżda  kienu interċeetarti mill-Libjani, fosthom tarbija u mietu disa” huwa kien kiteb.

Fil-kumment li kien għamel kien talab bil-ħniena lill-Ewropa biex ma jkomplux jinqatlu umani fil-baħar.  Tenna li lil Gafa ma jafux personalment  u qatt ma ltqaa’ miegħu.  

Miegħu fil-Qorti l-allegat vittma ġab ukoll dokumenti meħudin mill-platform ta’ twitter u ma jinkludix biss it-tweġiba ta’ Gafa. Tenna li kien hemm kummenti oħra li xi wħud jarafhom bħala Taljani.

“Ħassejtni u għadni nħossni mhedded għax anke minkejja li ma nixteiqx noħloq l-ebda kontroversja tajtu ċ-ċans biex jispjega t-theddida, Qal li ma  ħax azzjonijiet fl-Italja dwar dan imma  fuq proċeduri tal-Pulizija Taljana f’Ottubru tal-2019 huwa qed jingħata protezzjoni, fuq theddid fil-konfront tiegħu minn ħaddieħor.

Huwa kien informa lill-awtoritajiet dwar dan  u kien hemm disskussjoni fil-Parlament Taljan. Qal li ma jafx jekk hemmx proċeduri kriminali, fuq il-każ li kellu, u meta fl-Italja l-Pulizija tagħmel l-investigazzjonijiet tinforma lill-ġurnalisti,. Madankollu jaf li l-każ tiegħu dwar it-theddid minn Neville Gafa ġie diskuss fil-Parlament Taljan.

Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Lydon Zammit qal li kien informa lil Gafà li min-naħa tiegħu aċċetta li jmur il-kawrtieri tal-Pulizija. Zammit qal li Gafà kien ammetta li kien kiteb il-kumment inkwistjoni meta kien id-dar tiegħu fil-Mellieħa. Fl-istess waqt huwa insista li ma kellu ebda intenzjoni ta’ theddid. Tenna li bl-istess mod ma kellu l-ebda intenzjoni li jweġġa’ lil Scavo.

Fix-xhieda tiegħu l-Ispettur Fabian Fleri qal li fl-istqarrija ta’ Gafà lill-Pulizija, il-messaġġ kien intenzjonat f’sens politiku. Il-kawża ġiet differita għall- 15 ta’ Ottubru li ġej biex id-Difiża jaraw il-provi u d-dokumenti mressqa. Għal Gafà deher l-Avukat Edward Gatt, filwaqt li l-Avukat Chris Busietta deher għal Scavo.