Fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istat tas-saltna tad-dritt f’pajjizna joħorġu xejriet ta’ korruzzjoni sistematika li hakmu l-Gvern Laburista, b’għeruq fondi – rapport li jagħti ċertifikat ieħor ta’ falliment ghas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba mill-Gvern ta’ Robert Abela u Joseph Muscat.
Minkejja dan, għall-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis, f’kummenti li ta lil One News saħaq li r-riżultat ta’ dan ir-rapport huwa inkoraġġanti.
Zammit Lewis tkellem ukoll fuq Twitter fejn rega’ irrepata li pajjiżna hu meqjus fl-Ewropa ghall-‘best practice’ fil-governanza, pero ftit tal-minuti wara wieġbu Pieter Omzigt, ir-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tal-Ewropa illi stqarr li ma jafx min il-Ministru fejn qed iġib din id-dikjarazzjoni.

Minkejja dawn il-kummenti, u minkejja li r-rapport kien wieħed ċar, anke l-media Laburista qed tipprova tqarraq meta tghid li l-Kummisjoni Ewropea faħret lill-Gvern Malti.

Dan tant mhux il-każ, li f’laqgħa li kellu ftit tax-xhur ilu mal-Prim Ministru u l-Ministru Zammit Lewis fost l-oħrajn, Omzigt kien diġa tkellem dwar is-sitwazzjoni inkwetanti f’pajjiżna.
Ir-rapport tal-Kummissjoni jitkellem dwar nuqqasijiet enormi fil-mod kif jiġu ttrattati każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għoljin tal-eżekuttiv tal-Gvern fost oħrajn, u jgħid li proċeduri f’każi bħal dawn baqghu fi stadji inizzjali u saħansitra jibqa’ mhux ċar jekk l-investigazzjonijiet meħtieġa inbdewx jew le, minkejja evidenza ġdida li qed toħroġ.
Fl-isfond ta’ dan ir-rapport li jikkonferma l-ħsara rreparabbli li sofriet il-libertà tal-espressjoni bl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, u li jitkellem dwar nuqqasijiet oħra fis-saltna tad-dritt, inkluż id-dewmien fil-Qrati, fi stqarrija maħruġa mill-Kap tal-PN Adrian Delia u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Governanza Tajba Karol Aquilina intqal li dan id-dokument hu prova cara tal-falliment tal-Gvern Malti milli jiżgura li ssir ġustizzja.
//= $special ?>