Stewart Said
VALLETTA IZIBET……………………… 12
MARSASKALA FISH AND FISH…… 5
(4-3), (2-1), (3-0), (3-1)
Valletta IZIBET jinsabu rebħa bogħod milli jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni għall-ewwel darba mill-2013. Determinanti kienu t-tliet akkwisti veterani ta’ Valletta din is-sena, jiġifieri Niki Lanzon, Michele Stellini u Edward Aquilina li bil-gowls tagħhom xaqilbu l-miżien favur it-tim tagħhom.
Għalkemm Valletta bdew favoriti qabel il-konfront, Marsaskala taw daqs kemm qalgħu fl-ewwel parti. Iżda l-preċiżjoni ta’ plejer bħal Niki Lanzon għenet lil Valletta biex jiftħu distakk li minnu Marsaskala ma rkuprawx.
Valletta rnexxielhom jiksbu vantaġġ ta’ 3-1 fl-ewwel sessjoni permezz ta’ doppjetta minn Michele Stellini u Niki Lanzon, b’Luca Felice jġib id-draw parzjalment. Marsaskala rkupraw l-iżvantaġġ doppju permezz ta’ Paul Privitera u Felice, sakemm Edward Aquilina daħħal lil Valletta 4-3 minn fuq
Fit-tieni sessjoni, Paul Privitera ġab id-draw mill-viċin fl-ewwel man-up tal-partita. Iżda Niki Lanzon wera l-kwalitajiet tiegħu b’żewġ gowls intelliġenti (it-tieni wieħed minn man-up) b’Valletta jibdew it-tielet sessjoni 6-4.
Dan il-vantaġġ saħħaħ il-konvinzjoni ta’ Valletta, bit-tim ta’ Srdjan Lazarevic jaċċerta mir-rebħa wara l-mistrieħ. Lanzon skorja ġmiel ta’ gowl, Aquilina għamilhom 8-4 u Lanzon kabbar id-distakk għal ħames gowls minn penalty.
L-andament tal-logħba baqa’ l-istess fl-aħħar sessjoni, b’Valletta jibqgħu xorta jilagħbu l-logħba tagħhom u anki kellhom iċ-ċans li jkabbru l-vantaġġ. Marsaskala lagħbu l-aħħar minuti mingħajr il-kowċ Arpad Babay li ġie muri t-tieni karta safra.
Valletta: R. Sciortino, P. Borg, E. Aquilina (2), M. Stellini (4), A. Agius, R. Mock, A. Bianchi, N. Farrugia (1), M. Zammit, K. Galea, N. Lanzon (5), T. Micallef
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, P. Privitera (2), M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro, M. Manara, L. Felice (2), G. Galea, R. Attard, D. Camilleri, A. Muscat
Referees: Massimo Angileri, Peter Balzan
//= $special ?>