Il-Union of Professional Educators – Voice of the Workers (UPE) fi stqarrija qalet li qeda bi pjaċir tinnota l-wasla riċenti tal-ewwel apparata ta’ ittestjar rapidu tal-COVID-19. Il-Union temmen li l-fatt li persuna se tkun qed tirċievi r-riżultati tat-test tal-COVID f’inqas minn 30 minuta se jkun żvilupp importanti fil-ġlieda kontra Coronavirus.
Il-UPE qal li professjonisti tas-saħħa, carers, edukaturi, studenti, ħaddiema fit-trasport pubbliku, ajruporti, ristoranti, ħwienet, u lukandi, kollha se jibbenefikaw bil-kbir jekk dawn it-testijiet ikunu disponibbli faċilment għall-pubbliku.
Sadanittant, il-union kompliet tgħid li filwaqt li n-numru ta’ testijiet disponibbli għadu limitat, qed tħeġġeġ lill-gvern biex ipoġġi l-edukazzjoni taż-żgħażagħ qabel l-ekonomija u t-turiżmu. Dan bl-assigurazzjoni li nkunu nafu minnufih jekk l-istudenti u l-edukaturi għandhomx imorru l-iskola jew le.
Il-UPE qalu li l-edukaturi, il-ġenituri, l-istaff tal-iskola u l-istudenti kollha tagħna jistgħu jiffaċċjaw il-bidu tas-sena skolastika b’inqas biżgħa, speċjalment fi żmien meta Malta rreġistrat it-tielet l-ogħla rata ta’ imwiet fl-Ewropa. Għal din ir-raġuni, l-UPE qed tħeġġeġ lill-gvern biex isegwi l-eżempju mogħti mill-Italja u biex jiżgura l-provvediment fil-pront ta’ ttestjar rapidu fl-iskejjel.
//= $special ?>