Wara li l-Ħadd filgħaxija, fi stqarrija, Transport Malta infurmat lill-pubbliku li mhux se tkun tista’ topera b’mod normali għall-fatt li esperjenzat problemi tekniċi fuq is-servers u s-sistemi li topera bihom, sfortunatament minkejja li ttieħdet azzjoni immedjata dawn id-diffikultajiet tekniċi baqgħu jippersistu.
Il-kawża ta’ dawn il-problemi tekniċi hija cyber attack li seħħ bejn il-lejl tal-Ġimgħa 25 ta’ Settembru 2020 u s-Sibt 26 ta’ Settembru 2020. Mal-ewwel indikazzjoni ta’ dan, l-esperti tekniċi tal-Awtorità ġew informati u ntalbet ukoll l-assistenza tal-Pulizija.
Bħalissa għaddejja inkjesta maġisterjali biex tistabbilixxi l-fatti kollha. L-Awtorità tiskuża ruħha mal-pubbliku u tibqa’ kommessa biex mill-aktar fis possibbli l-operat tagħha jirritorna għan-normal.
//= $special ?>