Lokali

Jiżviluppa nar f’residenza f’Santa Venera

Għall-ħabta tal-12.15 ta’ waranofsinhar żviluppa nar f’kamra f’residenza fi Triq Misraħ il-Barrieri f’Santa Venera.

Fuq il-post marru minnufih Membri tal-Protezzjoni Ċivili, inkluż għadd ta’ pumpiera biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Il-pulizija li tkellmu ma’ Net News qalulna li s’issa għadu mhux magħruf x’ikkawża dan in-nar, iżda kollox qed jindika li żviluppa minn kamra ewlenija.

Għadu mhux magħruf jekk xi ħadd weġġax f’dan l-inċident.

Aktar dettalji ‘l quddiem.