Lokali

“Pajjiżna mtebba’ bil-korruzzjoni” – Adrian Delia

“Sakemm mhux se jkun hemm l-investigazzjonijiet kollha li jwasslu għall-persuni fil-poter li ħolqu l-korruzzjoni isem pajjiżna se jibqa’ mtebba’.”

Kliem il-Kap tal-Oppozizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wara li l-Kummissjoni Ewropea ħarġet għall-ewwel darba rapport dwar l-istat tar-rule of law fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Rapport li għal darb’oħra jikkundanna l-għemil u l-aġir tal-Gvern Laburista fl-aħħar snin.

“Filwaqt li dan ir-rapport jirrikonoxxi t-tibdil li sar fil-liġijiet, tibdiliet Kostituzzjonali li aħna bħala Oppożizzjoni Nazzjonalista ħdimna qatigħ biex inswassluhom fil-liġi tagħna, jgħid ukoll ċar u tond li sakemm mhux se jkun hemm l-investigazzjonijiet kollha li jwasslu għal dawk il-persuni fil-politika, fil-poter illi kienu huma li ħolqu din il-korruzzjoni, isem pajjiżna se jibqa’ mtebba’.

Adrian Delia qali li hemm sensiela ta’ każijiet ta’ korruzzjoni li jinkludu fost l-oħrajn il-proġett tal-power station tal-Electrogas, il-korruzzjoni relatata mal-kumpaniji Egrant, 17 Black u Macbridge, il-bejgħ tat-tliet sptarijiet pubbliċi lil Vitals u l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus minn Keith Schembri u Brian Tonna fil-bejgħ tal-passaporti.