Lokali

Tifel ta’ 8 snin jittajjar f’San Ġwann

Tifel Sirjan ta’ 8 snin sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza. L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.

Fl-inċident it-tifel intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot Bipper misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti Raħal Ġdid.

Fuq il-post wasal tim mediku li ta l-ewwel għajnuna lit-tifel fejn ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.