Żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Gambja li għandu permezz ta’ residenza Taljana u f’Malta kien residenti tas-Sliema ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u ġie mmultat €1,000 wara li nstab ħati mill-Maġistrat Doreen Clarke li kien qed jittraffika d-droga f’Paceville.
Juldeh Baldeh kien ġie arrestat flimkien ma’ żewġ persuni oħra mill-Gambja f’Ottubru li għadda fil-Bajja ta’ San Ġorġ. Huwa kien ġie mixli fuq pusses u traffikar ta’ kannabis u li wettaq dan ir-reati f’100 metru bogħod minn post fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Mill-provi rriżulta li Baldeh kien ġie arrestat fl-1 ta’ Ottubru li għadda wara li l-Pulizija ntervjenew fuq informazzjoni li kellhom. Żewġ Pulizija kienu marru fuq il-post u osservaw lil wieħed mill-irġiel tiela’ u niżel lejn il-Bajja ta’ San Ġorġ.
Waqt l-osservazzjoni tal-Pulizija, Kuntistabbli kien segwa lil wieħed mill-Afrikani u dan kien arrestat flimkien ma’ Baldeh u ieħor fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu bl-għajnuna tal-RIU. Fuq wiħed mill-ħbieb ta’ Baldeh instabet sustanza ħadra żewġ telefons ċellulari u €250 flus kontanti fil-but tiegħu.
Fuq Juldeh Baldeh instabu seba’ karti, u pakkett ta’ sustanza ħadra flimkien ma’ telefon ċellulari. Meta ġie arrestat u ttieħed id-Depot Baldeh qal li s-sustanza kien tahielu wieħed minn sħabu.
L-Ispettur Jonathan Cassar li mexxa l-każ qal li fuq wieħed mill-Afrikani nstab fil-pusses ta’ 1.11gramma ta’ of kannabis grass li kien xtara mingħand Juldeh Baldeh. Cassar qal li t-tnejn kienu jafu sew lil xulxin u kellhom in-numru tal-mobajl ta’ xulxin.
L-espert Keith Cutajar li annaliżża l-mobajls qql li huwa ċar li Juldeh Baldeh kellu kuntatti maż-żewġ Afrikani ħbieb tiegħu. Fejn f’kuntatt minnhom wieħed minnhom staqsa li, Baldeh jekk jistax jgħinu fuq 40 borża. Issemmiet ukoll id-droga fejn kien hemm ukoll ftehim bejniethom minn fuq il-mobajl u anke l-post fejn kellhom jiltaqg]u.
Kien hemm ukoll diskors fis-sens li żewġ turisti riedu jixtru l-kannabis grass. Kien hemm ukoll kuntatt ma’ Taljani li riedu jixtru l-kannabis. Baldeh jaħdem f’ristorant f’San Ġiljan u rriżulta li dak inhar li ġie arrestat wara x-xogħol kien baqa’ sejjer fil-bajja ta’ San Ġorġ u ltaqa’ ma’ sħabu fejn kellhom id-droga, nkluż hu. Baldeh spiċċa arrestat ukoll fil-viċinanzi tal-iskola EF Language School. Il-Qorti ordnat id-distruzzjoni tad-droga.
//= $special ?>