Alex Borg se jkun qiegħed jibda l-impenji tiegħu fiċ-Championship League tas-Snooker minn nhar it-Tnejn fl-MK Stadium ġewwa Milton Keynes fl-Ingilterra.
Borg se jkun qiegħed jilgħab fi Grupp 32 li fih jinkludi wkoll liċ-champion tad-dinja Ronnie O’Sullivan, bl-avversarji l-oħra jkunu Li Hang u Julian Boiko. Il-logħbiet kollha se jintlagħbu nhar it-Tnejn u se jkunu fuq erba’ frames bil-plejer li jtemm fil-quċċata tal-klassifika jgħaddi għall-fażi finali li tintlagħab bejn is-26 u t-30 t’ Ottubru.