Arsenal avvanzaw għall-kwartifinali tal-Carabao Cup wara li eliminaw lil Liverpool 5-4 bil-penalties wara li sad-90 minuta l-partita ntemmet fi draw ta’ 0-0.
L-eroj għall-Gunner kien il-gowlkiper Bernd Leno fejn apparti li salva żewġ penalties fil-penalty shoot-out, kien strumentali tul il-partita biex Arsenal ma sofrew gowl.
F’partita oħra mill-istess kompetizzjoni, Brentford eliminaw lit-tim tal-Premier League Fulham bl-iskor ta’ 3-0 filwaqt li Aston Villa sfaw eliminati minn Stoke 1-0. Illejla wkoll ittellgħu l-poloz tal-kwartifinali.
Carabao Cup
Kwartifinali : Stoke v Tottenham, Brentford v Newcaslte, Everton v Man Utd, Arsenal v Man City
//= $special ?>