Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista avżat li fil-jum tal-votazzjoni bikrija l-bieraħ il-Ħamis l-1 ta’ Ottubru biex jivvutaw għall-elezzjoni għal Kap tal-Partit ivvutaw 16% tat-tesserati eleġibbli li jivvotaw.
Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista Peter Fenech saħaq li b’hekk, it-total ta’ dawk li vvutaw s’issa ileħħaq it-67% ta’ dawk eleġibbli
Illum jissokta l-aħħar jum ta’ votazzjoni bikrija bejn is-6pm u d-9pm ta’ filgħaxija fi 18-il post ta’ votazzjoni; fl-uffiċċju tal-AZAD fil-Belt Valletta u d-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà, kif uoll fil-Każini tal-Partit Nazzjonalista fl-Isla, iż-Żejtun, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, is-Siġġiewi, Ħal Luqa, ir-Rabat, Ħal Balzan, Birkirkara, l-Imsida, is-Swieqi, Ta’ Xbiex, Tas-Sliema, in-Naxxar, il-Mellieħa u Ta’ Sannat f’Għawdex … skont kif indikat fuq id-Dokument tal-Vot.
Dan filwaqt li għada, s-Sibt 3 ta’ Ottubru jasal fi tmiemu dan il-proċess elettorali għall-Elezzjoni ta’ Kap fejn f’jum il-votazzjoni, il-postijiet tal-votazzjoni jiftħu mit-8 ta’ filgħodu sal-4 ta’ waranofsinhar f’Malta u mit-8 ta’ filgħodu sas-2 ta’ waranofsinhar f’Għawdex.
//= $special ?>