Ambjent Internazzjonali Lokali Xjenza u Teknoloġija

FILMAT: Jose Herrera jgħid li l-kumment tas-sinna tal-kelb il-baħar ingħata spin

Il-Ministru tal-Kultura qal li l-kumment tal-Prinċep George kien spontanju u ta’ dak il-ħin

Wara li l-Prim Ministru Robert Abela farfar fuq il-Ministru tal-Kultura meta qal li l-kontroversja tas-sinna tal-kelb il-baħar stajna għaddejna mingħajrha…issa Jose Herrera qed jghid li dak li qal ftit tal-jiem ilu kien biss kumment spontanju meta mistoqsi jekk jaħsibx li umilja pajjiż meta talab tifel irjali ta’ 7 snin irodd lura sinna ta’ kelb il-baħar

“Ma tlabt lill-ebda tifel ta’ 7 snin irodd lura xi artifatt! (…) This was a side passing comment li ngħatat spin. (…) Ovvjament ngħatat spin u allura l-ispin umiljatna u mhux dak li għidt jien. Li għidt jien huwa fl-isfond ta’ dak li tgħid il-liġi Maltija. Jien qatt ma għidt li ħa nġib xi artifatt minn barra.”

Iżda r-rappurtaġġi fil-midja internazzjonali jgħidu mod ieħor – bil-Ministru baqa’ jinsisti li din is-sinna, li ngħatat lill-Prinċep George f’għeluq sninu minn Sir David Attenborough, għandha tkun irritornata lejn Malta sabiex tkun esebita f’mużew lokali.

Filwaqt li ammetta li dan kien kumment spontanju, Herrera aċċerta li żgur ma kienx se jġib din is-sinna partikolari u erħilha jsemmi artifatti oħra li ħadulna għadd ta’ ħakkiema oħrajn.

U ġġustifika t-talba li kien se jagħmel mal-fatt li bħala Ministru, jrid iwieġeb skont x’tgħid il-liġi:

“Jekk inti tkun Ministru tal-Kultura u jistaqsuk xi ħaġa in konnessjoni mal-liġijiet, inti bilfors trid tirrispeckja dak li tgħid il-liġi.”

Ironikament…tliet ijiem ilu Jose Herrera kien irrappurtat jgħid li wara kollox, pajjiżna mhux se jkompli bil-kampanja tieghu li jġib lura din il-fossila antika.