It-tim tas-Serie A Genoa kkonfermaw tliet każijiet oħra ġodda ta’ coronavirus biex b’hekk it-total jitla’ għal 19 -il każ.
Fil-bidu tal-ġimgħa wara l-partita kontra Napoli, Genoa ħabbru 14 -il każ ta’ coronavirus fil-klabb tagħhom u b’konsegwenza ta’ dan, il-partita ta’ tmiem il-ġimgħa li ġej kontra Torino ġiet posposta. Genoa ħabbru wkoll li waqqfu kull attività sa nhar it-Tnejn biex jaraw kif se tkompli tiżvolġi s-sitwazzjoni.
Wara l-aħħar rawnd ta’ testijiet, issa anke Napoli kkonfermaw l-ewwel żewġ każijiet pożittivi ta’ coronavirus, b’Piotr Zielinski u membru tal-istaff ikunu l-ewwel każijiet pożittivi wara l-partita kontra Genoa.
//= $special ?>