Pajjiżna qed jitmexxa minn Gvern li għalih xejn mhu xejn. U dan kollu għax għandna Gvern li tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni.
Hekk qal l-Avukat Bernard Grech, Kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, f’messaġġ li xandar fil-paġna tiegħu fuq Facebook.
Bernard Grech kompla li hu ta’ tħassib kif bid-deċiżjonijiet tal-Gvern ta’ Robert Abela, il-poplu kollu qed ibati l-konsegwenzi, iżda b’mod partikolari l-anzjani.
Fid-dawl ta’ dan kollu, is-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika minflok ma jinħeba biss wara rolypoly.
Bernard Grech kompla li jekk Parnis ma jerfax ir-responsabbiltà minn rajh, għandu jkun il-Prim Ministru nnifsu li jiddeċiedi.
Hu għalhekk, temm jgħid, li l-poplu għandu bżonn Oppożizzjoni kostruttiva ħalli jkun il-Gvern alternattiv li tant għandu bżonn pajjiżna.
//= $special ?>