Formula 1 Sport

Honda se jħallu l-Formula 1 fi tmiem is-sena d-dieħla

(Ritratt: EPA)

Honda kkonfermaw li fi tmiem is-sena d-dieħla se jħallu l-Formula 1. Dan ifisser li Red Bull u Alpha Tauri jkunu jridu jsibu magna oħra minħabba li l-magna tagħhom kienet Honda.

Huma ddeċidew li jħallu l-Formula 1 biex jiffiukaw fuq it-transformazzjoni li qed iseħħ fl-industrija tal-karozzi, bil-mira tagħhom tkun li sa s-sena 2050 ikunu carbon-neutral. Il-Prinċipal tat-timta’ Red Bull Christian Horner qal li din id-deċiżjoni minn Honda toffri sfidi ġodda lit-tim tiegħu iżda konvint li se jirnexielhom isibu s-soluzzjonijiet meħtieġa.

Horner żied jgħid li l-miri tat-tim għal dan l-istaġun u l-istaġun li ġej jibqgħu dak li jiġġieldu biex jirbħu l-kampjonat. Honda rritornaw fil-Formula 1 fl-2015 fejn fl-ewwel tliet staġuni ma’ McLaren kienu dominati minn problem fil-magna u fil-karozza. Fl-2018 kienu ngħaqdu mat-Toro Rosso qabel ma fl-2019 ingħaqdu mar-Red Bull.