Ambjent Lokali Transport

Ian Borg ried jgħaddi triq fir-raba f’Ħad-Dingli “mingħajr permess”

Infrastructure Malta tagħmel u-turn wara protesta mill-bdiewa u r-residenti Dinglin

Il-pressjoni tar-residenti u l-bdiewa tal-inħawi tad-Daħla tas-Sienja f’Ħad-Dingli wasslet biex il-Gvern għamel u-turn fuq proġett meqjus bħala illegali li kien beħsiebu jwettaq.

Dan hekk kif il-Ministru tal-Infrastruttura, Ian Borg, permezz ta’ Infrastructure Malta, ried jibqa’ għaddej bil-kampanja tiegħu li jgħaddi romblu minn fuq il-bdiewa u r-raħħala f’pajjiż stess meta kmieni l-Ġimgħa filgħodu, ir-raħħala u l-bdiewa ta’ Triq is-Sienja sebħu b’għadd ta’ gafef u inġenji ta’ kuntrattur ta’ Infrastructure Malta

Dawn kienu lesti li jgħaddu triq minn fir-raba “mingħajr permess”, skont il-Moviment Graffitti li fuq facebook saħqet li mill-ġdid, din l-aġenzija tal-Gvern, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Ian Borg, qed tagħmel bullying mar-residenti u l-bdiewa tad-Daħla tas-Sienja b’mod illegali.

Dawn kienu lesti li jgħaddu triq minn fir-raba “mingħajr permess”, skont il-Moviment Graffitti li fuq facebook saħqet li mill-ġdid, din l-aġenzija tal-Gvern, li taqa’ taħt ir-responsabbiltà ta’ Ian Borg, qed tagħmel bullying mar-residenti u l-bdiewa tad-Daħla tas-Sienja b’mod illegali.

L-attivisti tal-Moviment u għadd ta’ residenti imbarraw lill-inġenji milli jibqgħu deħlin fl-għelieqi billi poġġew mal-art fit-triq u imblokkaw l-aċċess.

Skont il-bdiewa tad-Daħla tas-Sienja, dan huwa raba saqwi indukrat, bil-pjan ta’ Infrastructure Malta li t-triq tgħaddi maġenb spiera tal-ilma ġieri u tinqala’ ħarruba protteta, li għandha bżonn permess speċjali biex din tinqala’.

Din il-pressjoni, li twalet għal saħansitra aktar minn 7 siegħat, wasslet lill-aġenzija tal-Gvern biex tirtira mill-post u żżarma l-inġenji.

Il-bdiewa lmentaw li dawn qatt ma ġew innotifikati u ħadd ma offrielhom xi kumpens talli se titteħdilhom l-art.

Skont il-Moviment Graffiti, jidher li l-iskop ulterjuri ta’ Infrastructure Malta kien li jsir żvilupp f’żona barra l-iżvilupp, żona li tista’ tinfetaħ għall-bini ta’ 5 sulari.

Ir-residenti urew ir-rabja tagħhom kif dan kollu qiegħed isir bil-moħbi u b’għaġla liema bħalha, tant li se jinħattu xi ħnejjiet antiki, li uħud jaħsbu li kienet tagħmel parti minn xi arkitettura ta’ knisja, biex iniffdu t-triq.

Saħqu li ma hemmx xi bżonn partikolari għaliha u staqsew min se jiggwadanja minn din it-triq mgħoddija ġor-raba biex tgħaqqad Triq San Ġwann Bosco ma’ Sqaq M.U.S.E.U.M. kif ukoll Triq is-Sienja, li fiha hemm il-binja tal-Kunsill Lokali.