Żewġt irġiel inżammu arrestati mill-Qrati ta’ Għawdex f’każijiet separati minkejja li wieġbu mhux ħatja għal numru ta’ akkużi. Fl-ewwel każ, il-Pulizija qalu li żagħżugħ ta’ 22 sena ġie mixli li nhar l-Erbgħa ttratta ħażin annimal fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.
Huwa ġie mixli wkoll li nhar il-Ħamis għamel ħsara fuq proprjetà ta’ terzi persuni. Fit-tieni każ, raġel ta’ 39 sena ġie mixli li nhar il-Ħamis kien fil-pussess tal-kannabis bl-intenzjoni li din tiġi taffikata.
Il-każijiet instemgħu quddiem Il-Maġistrat Monica Vella filwaqt li -Ispettur Bernard Charles Spiteri mexxa l-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>