Coronavirus Futbol Sport

Il-UEFA se tħalli l-partitarji jirritornaw fl-istadiums

(Ritratt: uefa.com)

Il-UEFA se tħalli sa massimu ta’ 30% tal-istadiums jimtlew dejjem jekk jaċċettaw l-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA ddeċieda li wara s-suċċess li kellha fil-proġett pilota fil-finali tas-Super Cup f’Budapest, fejn tħallew jidħlu ċertu ammont ta’ partitarji, din issa se tiġi estiża għall-partita internazzjonali.

Il-UEFA ddeċidiet li tħalli d-deċiżjoni finali dwar jekk jitħallewx jidħlu partitarji u kemm jitħallew jidħlu f’idejn l-Awtoritajiet tas-Saħħa. Id-distanza soċjali u l-użu ta’ maskli jew visor se jkunu obbligatorji fl-istadiums hekk kif hu mniżżel fil- ‘UEFA Minimum Health and Hygiene Requirements for the Return of Spectators’.