Simeon Nechev rebaħ l-ewwel tellieqa tal-kampjonat V1 Malta Series li qed ikun organizzat minn Velocity Esports. Hu kien segwit minn Jake Sammut ta’ HAAS filwaqt li Adrian Manduca fuq McLaren temm fit-tielet post.
Ryan Carabott fuq Racing Point beda tajjeb fil-ħruġ, iżda mhux l-istess għal Sammut li tilef it-tieni pożizzjoni wara li nqabeż minn Nechev. Carabott kellu jirtira mit-tellieqa wara incident li kellu fit-tielet dawra biex approfitta Nechev li żamm sod sat-tmiem biex kiseb l-ewwel rebħa tal-istaġun. It-tellieqa li jmiss tmur lejn il-Bahrain li se ssir fit-12 ta’ Ottubru.
//= $special ?>