Lokali Qorti

Jingħata pleġġ fuq akkużi ta’ theddid fil-konfront tat-tfajla tiegħu

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Qormi ngħata l-libertà proviżorja wara li l-avukati tiegħu sostnew li allegazzjoni ta’ attakk u danni kriminali sostnuti mill-eks tfajla tiegħu kienet falza.

Kurt David Azzopardi, li jaħdem bħala burdnar u li fil-passat kiser difrejh kemm il-darba mal-liġi – kien diġà fuq pleġġ għal tliet reati preċedenti – tressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia mill-Ispettur Roderick Agius.

It-tfajla kienet irrappurtat lill-Pulizija li l-akkużat kien hedded li joqtolha u kien għamel ħsara fil-karozza tagħha wara argument. Azzopardi wieħeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kointrih.

Il-Qorti semgħet lid-difiża targumenta li l-mara għamlet rapport malizzjuż, iżda l-Prosekuzzjoni baqgħet tinsisti fuq l-akkużi. “Azzopardi kien għadu kemm beda x-xogħol tiegħu ta’ burdnar, qal it-tim legali tiegħu.

Li għandu bżonn huwa l-integrazzjoni mill-ġdid fis-soċjetà u li jibqa ‘ l bogħod minn din il-mara” issottometta l-avukat difensur Matthew Xuereb fit-talba tiegħu għall-pleġġ.

Il-AQorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, biex Azzopardi ngħata l-libertà proviżorj kontra depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ € 2,000. Huwa ġie ordnat biex ma jersaqx lejn it-tfajla.. L-avukati Mario Mifsud, Matthew Xuereb u Alex Scerri Herrera kienu l-avukati difensuri.