Emanuel Degabriele ta’ 31 sena mis-Siġġiewi ma ngħatax il-libertà proviżorja wara li ġie akkużat b’serq ta’ għamara antika minn maħżen, liema tiswa eluf ta’ ewro. Allegatament huwa biegħ din l-għamara lil negozjant tal-antikita wara li seraqha mill-Mosta.
Huwa ġie mixli li wettaq din is-serqa fix- xhur ta’ bejn Lulju u Settembru li għadda, minn garaxx li jinsab fi Triq il-Kaħwiela. Huwa ġie mixli wkoll mill-Ispettur Godwin Scerri li seraq mhux biss għamara, iżda wkoll fajjenza u settijiet tat-televiżjoni.
Akkuża oħra tgħid li fl-istess perjodu taż-żmien laqa’ għandu ħwejjeġ misruqa u dawn meta kienu akkwistati b’reat. Ġie mixli wkoll li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill- Qorti tal- Magistrati b’digriet datat 5 ta’ Frar 2019 li bih kien ingħata il- ħelsien mill- arrest.
Ġie akkużat ukoll li nhar is-Sibt, 26 ta’ Settembru fil-ħinijiet bikrin ta’filgħodu fil-Pietà saq karozza mingħajr licenzja tas-sewqan u li wkoll li sar reċediv. Mill-istħarriġ jirriżulta li huwa biegħ oġġetti perezzjużi u ta’ valur.
L- Investigazzjonijiet li saru mil-Pulziija tad-Distrett tal-Mosta wasslu għal din is-sejba. Degabriele kien rappreżentat mil-Avukati Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca.
Fl awla kien hem preżenti i-tfajla ta Degabriele li hija fi stadju avvanzat tat- tqala u fejn id-difiza sahqet li jekk Degabriele ma jingħatax il- liberta proviżorja huwa kien ser jitlef it-twelid tat- tarbija tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni wieġbet li hija ma ssib l-ebda diffikulta sabiex għalhemm taħt arrest preventiv isiru dawk l- arranġamenti neċċessarji sabiex Degabriele jkun preżenti fil-ħin tal- hlas.
Il-Prosekuzzjoni saħqet ukoll li għad hemm diversi persuni pajżana biex jixhdu u hemm il-biża li l-provi jistgħu jiġu kontaminati li minħabba li l- investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejin. Degabriele wieġeb mhux ħati tal- akkuħi miġjuba fil-konfront tiegħu u ntbagħat il-ħabs.
//= $special ?>