Futbol Sport

L-ewwel rebħa ta’ Marsa

ST. GEORGE’S ……………………… 1

MARSA ………………………………. 3

St.George’s: J. Azzopardi, M. Caruana (L.J. Agius 46’), R. Mandic, L. Bonett (N. Camilleri 86’), D. Caruana, B. Gomes Dos Reis, S. Darmanin, A. Gili, D. Rojas Serna (M. Bartolo 73’), O. Magro, F. Lufi (A. Hili 46’).

Marsa: N. Vella, J. Bondin, M. Micallef, J. De Lima (P. Lapira 74’), C. Gatt Baldacchino, P. Teixeira Maia, D. Grima, L. Grech, F. Gusman (G. Mckay 45’), L. Micallef (A. Monticelli 81’), R. Coelho Confettura (P. Santos de Azavedo 81’).

Referee: Malcolm Spiteri

Wara d-diżappunt tat-telfa fl-ewwel logħba tagħhom kontra Vittoriosa, il-favoriti Marsa ma fallewx it-tieni appuntament meta għelbu faċilment lit-tim l-ieħor mill-Kottonera St. George’s, f’logħba mingħajr storja fejn Marsa setgħu anki rebħu bi skor ikbar.Marsa kellhom bidu mill-aqwa fejn skorjaw darbtejn fl-ewwel tmien minuti tal-logħba, żewġ gowls li waslu minn azzjoni ta’ korner.

L-ewwel wieħed wara tliet minuti mogħti minn Lima u Teixeira bit-takkuna qarraq bil-goalkeeper avversarju, u ħames minuti wara minn korner mix-xellug id-daqqa ta’ ta’ ras ta’ Teixeira kienet parzjalment salvata u Lydon Micallef kompla għal ġewwa mill-viċin.Marsa naqqsu xi ftit mir-ritmu u l-Bormliżi approfittaw biex daħlu fil-logħba fit-33 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ Dylan Caruana taħbat ma’ sieq il-lasta qabel tispiċċa fix-xibka. Iżda Marsa mill-ewwel ħadu l-kontroll tal-logħba lura u żewġ minuti wara Coelho skorja ġmiel ta’ gowl b’lob minn tarf il-kaxxa.Fis-70 minuta St. George’s kellhom lill-goalkeeper imkeċċi wara li dan mess il-ballun b’idu barra l-kaxxa.

BOV CHALLENGE LEAGUE


Illum:Centenary Stadium: St. George’s v Marsa 1-3, Għada: Victor Tedesco Stadium: Pieta v Qormi 5.00pm, Naxxar v Swieqi 9.15pm Centenary Stadium: Fgura v Żebbuġ 5.00pm, Qrendi v St. Andrews 9.15pm Il-Ħadd: Centenary Stadium: Marsaxlokk v Pembroke 5.00pm, Vittoriosa v San Ġwann 9.15pm