Internazzjonali

Libanu:Lejn l-arresti relatati mal-isplużjoni

L-awtoritajiet fil-Libanu talbu l-arrest tas-sid u l-kaptan (it-tnejn barranin) tal-bastiment li kien wassal il-materjal li sploda, dan is-sajf, fil-port ta’ Bejrut – fost l-impatt devastanti għar-residenti u l-bini fil-kapitali Lebaniża.

L-imħallef li qed imexxi l-investigazzjoni dwar l-isplużjoni ‘storika’ tal-4 ta’ Awwissu talab lill-Interpol – l-organizzazzjoni internazzjonali tal-pulizija – biex ‘iżżomm lil dawk iż-żewġ irġiel’, li ma identifikahomx pubblikament.

Mal-190 kienu mietu fl-isplużjoni dovuta għal kunsinna ta’ ammonium nitrate li kienet miżmuma ġo maħżen b’mod mhux konformi mar-regoli tas-sigurtà. L-isplużjoni ħalliet ukoll mas-6,000 midruba minbarra ħsarat fuq livell straordinarju.

Il-kaptan tal-bastiment – l-MV Rhosus – qabel, kien issemma bħala ċittadin tar-Russja u bis-sid ikun wkoll ċittadin Russu li qiegħed jgħix f’Ċipru.