Futbol Sport

Milan jitħabtu kiex jikkwalifikaw għall-gruppi tal-UEFA Europa League

Milan kellhom jitħabtu biex jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Europa League wara li rebħu 9-8 kontra Rio Ave bil-penalties wara li l-partita sal-120 minuta ntemmet fi draw ta’ 2-2.

Milan fetħu l-iskor fil-51 minuta permezz ta’ ALEXIS SAELEMAEKERS filwaqt li CHICO GERALDES ġab id-draw għat-tim Portugiż. Bil-partita tibqa’ fi draw sad-90 minuta, fil-ħin barrani RIO AVE marru fil-vantaġġ fil-91 minuta permezz ta’ GELSON b’ Milan iġibu d-draw permezz ta’ penalty fil-120 minuta skorja minn CLAHANOGLU.

Wara li ngħataw 24 penalty Milan ħarġu rebbieħa 9-8 bil-gowlkiper Donnarumma jkun strumentali għal Milan.

Tottenham ukoll kwalifikaw għall-fażi tal-gruppi wara li kisbu rebħa kbira ta’ 7-2 fuq Maccabi Haifa. Il-gowls ta’ Tottenham wasslu permezz ta’ hat-trick ta’ HARRY KANE, doppjetta ta’ LO CELSO u gowl kull wieħed għal LUCAS MOURA u DELE ALLI.