Mosta…………………………3
Balzan………………………..3
MOSTA S. Moto, D. Debono (L.Portelli), C.Ememe, D.Bonnici, C.Failla, G.Sciberras (65′ N.Braunovic), T.Farrugia, M.Muchardi, R.Morisco, B.Kaljevic, K.Tulimieri
BALZAN S.Mintoff, A.Loof, M.Grima (66′ W.Donkin), S.Arab (78′ G.Camilleri), P.Fenech, S.Pisani, M.Johnson, U.Ljubomirac, S.Jalu (84′ P.Mota), W.Souza (84′ A.Effiong), M.Kamara
Referee: S.Pace
Assistant Referees: R.Vella, P.Apap
Mosta wettqu rimonta ta’ tliet gowls fit-tieni taqsima wara li sal-64 minuta kienu 3-0 minn taħt bl-eroj għall-Mostin ikun l-attakkant Boja Kaljevic li skorja tliet gowls.
Balzan fetħu l-iskor wara biss ħames minuti permezz ta’ SULEIMAN JALU, bl-istess plejer jirdoppja seba’ minuta wara. Balzan ħasbu li ssiġillaw it-tliet punti fit-53 minuta meta x-xutt ta’ Ljubomirac kien devjat għal wara Moto minn FARRUGIA.
Ir-rimonta ta’ Mosta bdiet fl-64 minuta b’daqqa ta’ ras ta’ KALJEVIC, bl-istess plejer jagħmilhom 3-2 fit-88 minuta bi ġmiel ta’ freekick. Fit-92 minuta Mosta ngħataw penalty bl-istess KALJEVIC minn ħdax -il metru ma jiżbaljax.
//= $special ?>