Quddiem il-fatt li f’pajjiżna kull ma jmur qegħda tonqos l-art agrikola u hawn nuqqas kbir ta’ ambjent miftuħ kien ikun iktar għaqli li kieku qabel bdew ix-xogħlijiet f’Daħla tas-Sienja f’Ħad-Dingli saru d-diskussjonijiet mar-residenti u l-bdiewa konċernati.
Hekk sostnew id-Deputati Toni Bezzina, kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Infrastruttura, Edwin Vassallo Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura u s-Sajd, u David Thake Kelliem għall-Oppożizzjoni għall-Ambjent.
Dan b’tali mod li filwaqt li l-kostruzzjoni tat-toroq hija meħtieġa, huwa importanti li kulħadd jiġi infurmat minn qabel b’ konsultazzjoni wiesa b’ dawn it-tip ta’ xogħolijiet li sfortunatament qed jwasslu biex tonqos aktar l-art agrikola. U dan minflok jgħaddi romblu minn fuq il-bdiewa u r-raħħala li qed jilmentaw li ma ġewx notifikati u offruti kumpens għall-art li se titteħdilhom.
Dan kollu juri kemm il-Gvern Laburista huwa gvern arroganti fejn iż-żgħir dejjem qiegħed jispiċċa mgħaffeġ. Dan żġur li mhux il-mod kif nuru l-apprezzament tagħna lejn il-bdiewa u r-raħħala.
//= $special ?>