Futbol Sport

Robert Lewandowski magħżul bħala Plejer tas-Sena tal-UEFA ghal 2019-20

(Ritratt: EPA)

80 kowċ ta’ klabbs f’kompetizzjonijiet tal-UEFA u 55 ġurnalist tal-isport għażlu lill-attakkant ta’ Bayern Munich Robert Lewandowski bħala Plejer tas-Sena tal-Uefa ghal 2019-20

Lewandowski rebaħ fuq il-goalkeeper ta’ Bayern Manuel Neuer u lill-midfielder ta ’Manchester City Kevin de Bruyne. Lewandowski skorja 55 gowl f’47 logħba fl-istaġun li għadda hekk kif Bayern rebħu ċ-Champions League, il-Bundesliga u t-Tazza Ġermaniża. Hansi Flick kowċ ta ’Bayern ingħazel bħala kowċ tas-sena wara li mexxa lil Bayern għas-sitt titlu Ewropew. L-attakkant ta’ Chelsea Pernille Harder tad-Danimarka rebħet il-kategorija tan-nisa bħala Plejer tas-sena.

Il-playmaker ta’ Manchester City, De Bruyne, ta’ 29 sena, inħatar bħala l-midfielder tas-sena . F’Settembru huwa rebaħ ukoll l’ għażla tal-Plejer tas-Sena tal-Plejers Professjonali tal-Futbol .

Manuel Neuer tal-Ġermanja rebaħ l-unur tal-gowlkiper tas-sena wara li f’sitt partiti fiċ-Champions League ma sofriex gowl filwaqt li Joshua Kimmich ta ’25 sena kien maghżul bħala l-aħjar difensur. L-eks attakkant ta ’Chelsea u l-Kosta tal-Avorju Didier Drogba ngħata l-Premju tal-President tal-Uefa minn Aleksander Ceferin għal impenn tieghu fil-grawnd u barra mill-grawnd.

Il-premjijiet tal-Uefa tħabbru flimkien mad-draw tal-fażi tal-gruppi taċ-Champions League f’Ġinevra fejn uffiċjali tal-klabbs ma attendewx minħabba l-pandemija tal-coronavirus.