Futbol Sport

Sampdoria jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Artemio Franchi, Fiorentina tilfu 2-1 kontra Sampdoria b’gowl ta’ Verre’ minuti minn tmiem il-partita kien biżżejjed għal Sampdoria biex jiksbu l-ewwel rebħa fil-Kampjonat fl-ewwel partita mit-tielet ġurnata. Fil-41 minuta Federico Ceccharini deher li ffawlja lil Fabio Quagliarella.

Piero Giacomelli saffar penalty. Taħ l-istess Quagliarella li għeleb lil Dragowski. Gowl li biħ intemmet l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima bi Fiorentina fuq l-offensiva fit-72 minuta minn azzjoni ta’ Nicola Milenkovic kien Dusan Vlahovic li għeleb lil Emil Audero għal 1 – 1. Reazzjoni immedjata minn Sampdoria. Fis-76 minuta Morten Thorsby għeleb lil Dragowski bir-referee Giacomelli wara li kkonsulta l-VAR ħassar il-gowl minħabba foul li kien hemm qabel il-gowl. Fit-82 minuta Sampdoria mill-ġdid fil-vantaġġ b’gowl minn Valerio Verre’ wara azzjoni ta’ Emil Audero.

Intant il-Ħadd jispikkaw il-partiti bejn Lazio u Inter u Juventus u Napoli. Fl-aħħar ħarġa tagħhom, Lazio tilfu 4-1 kontra Atalanta wara li fl-ewwel partita tagħhom għelbu lil Cagliari 2-0. Inter bdew b’żewġ rebħiet wara li għelbu lil Fiorentina u Benevento rispettivament.


Fl-Allianz Stadium, Juventus jisfidaw lil Napoli, bit-tim imexxi minn Andrea Pirlo se jkun qed ifittex it-tliet punti wara d-draw li kisbu kontra Roma.
Napoli minn naħa tagħhom se jkunu qed jittamaw li jkomplu fuq il-bidu pożittiv li kellhom u jiksbu t-tielet rebħa konsekuttiva.

Milan jilqgħu lil Spezia, bit-tim ta’ Stefano Pioli jinsab għaddej minn forma tajba filwaqt li Spezia fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fis-Serie A.

SERIE A


Illum: Fiorentina v Sampdoria 1-2, Għada: Sassuolo v Crotone 3.00pm, Genoa v Torino posp., Udinese v Roma 8.45pm, Il-Ħadd: Atalanta v Cagliari 12.30pm, Benevento v Bologna 3.00pm, Lazio v Inter 3.00pm, Parma v Verona 3.00pm, Milan v Spezia 6.00pm, Juventus v Napoli 8.45pm