NET Television irid ikompli jkun parti mill-familja tagħkom bl-aħjar programmi ta’ divertiment u lifestyle, drama u anke ta’ ġrajjiet kurrenti. Hu b’dan il-ħsieb li ġiet imfassla l-iskeda l-ġdida tal-Ħarifa fuq dan l-istazzjon, li se tibda mit-Tnejn li ġej, il-5 ta’ Ottubru.
Il-Kamra tal-Aħbarijiet se ssaħħaħ il-preżenza tagħha bir-ritorn tal-programmi NET Live u Newsroom, b’żieda fl-għadd ta’ programmi ta’ diskussjoni u intervisti, fosthom Magħkom, Dritt għall-Punt, Il-Kunsill u Profili. Għad-dilettanti sportivi, jirritornaw Live Score, Replay Preview u Replay Ikompli, kif ukoll Sport Extra.
Ma tonqosx id-drama, bit-tielet staġun ta’ Fattigi, filwaqt li NET Television se jfakkar il-50 sena mill-ewwel edizzjoni tal-ġurnal In-Nazzjon b’dokuemntarju mqassam fuq għadd ta’ ġimgħat.
Matul il-ġimgħa, il-ġurnata hi mimlija b’diversi programmi li jolqtu lill-familja kollha … fosthom bil-programmi Bejnietna u Kikkra Te. Filgħaxija, jirritornaw il-programmi Saħħtek, Life&Style u Flusek.
Ma jonqsux ukoll il-programm b’tema kulturali u dawk soċjo-reliġjużi. Fosthom Meander Arti u Kultura u Jien Int, filwaqt li se tkompli tixxandar il-Quddiesa ta’ kuljum. Tmiem il-ġimgħa wkoll hu mimli bi programmi ta’ divertiment għall-gosti tal-familja kollha … fosthom Dak Żmien Ħelu u r-ritorn tal-programmi Family Affair u The Entertainers.
Għal sena oħra, skeda mimlija bi programmi ta’ interess għal kulħadd. Fejn wieħed jista’ jirrilassa u jsegwi l-ghazla wiesgha ta’ programmi. U min ma jkunx jista’ jsegwi l-programm favorit tiegħu waqt li jkun qed jixxandar, ikun jista’ jarah minn fuq is-sit netondemand.mt.
//= $special ?>