Coronavirus Lokali Saħħa

Żewġ vittmi oħra tal-virus f’pajjiżna fi ftit sigħat

Ftit tal-minuti ilu l-Ministeru għas-Saħħa fi stqarrija ħabbar il-mewt ta’ żewġ anzjani ta’ 90 u 78 sena.

L-anzjan ta’ 90 sena miet ilbieraħ. Hu kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-27 ta’ Settembru, biex ilbieraħ miet l-isptar stess.

Għal xi raġuni l-Ministeru ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar din il-mewta lbieraħ u ħabbarha biss 18-il siegħa wara.

Fit-tieni każ, anzjan ta’ 78 sena kien ikkonfermat pożittiv bil-Covid-19 fl-10 ta’ Settembru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-15 ta’ Settembru, fejn miet matul dan il-lejl.

Issa n-numru ta’ vittmi tal-virus f’pajjiżna tela’ għal 37, biex Malta għandha l-ogħla rata ta’ mwiet mill-pajjiżi kollha tal-Ewropa.