Coronavirus Lokali Saħħa

65 każ ġdid pożittiv

Fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 65 każ ġdid ta’ COVID-19, biex b’hekk il-każi attivi reġgħu żdiedu bi 22 każ hekk kif issa jammontaw għal 469.

Fuq il-paġna ta’ Saħħa tħabbar li fiequ 43 persuna.

MIll-każi pożittivi li tħabbru lbieraħ, għaxra huma qraba ta’ każijiet pożittivi, żewġ persuni kellhom kuntatt dirett ma’ każi oħra pożittivi, seba’ persuni ħadu dan il-virus minn fuq il-post tax-xogħol filwaqt li żewġ każi kienu impurtati.

Il-każi totali pożittivi issa jlaħħqu t-3,421.