Coronavirus Futbol Sport

AĠĠORNATA: Aktar każijiet pożittivi ta’ coronavirus fis-Serie A

Matul il-jum ħarġu aktar każijiet pożittivi ta’ coronavirus f’numru ta’ timijiet fis-Serie A.

Wara li sa lbieraħ, Genoa kellhom 19 -il każ pożittiv llum ħabbru tliet każijiet oħra ġodda biex it-total issa jitla’ għal 22 (17 -il plejer u 5 membri tal-istaff). Atalanta wkoll ħabbru każ pożittiv bil-membru tal-iskwadra huwa asintomatiku għall-virus.

Napoli wkoll ħabbru każ ieħor ġdid wara li lbieraħ rriżultaw żewġ każijiet pożittivi. Juventus ħabbru wkoll żewġ każi ġodda ta’ coronavirus filwaqt li ikkonfermaw li l-każijiet pożittivi m’humiex ta’ plejers.