Hayley Bugeja reġgħat kienet protagonista għal Sassuolo għelbu lil Fiorentina 3-1. Il-gowl ta’ Bugeja wasal minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta wasal l-ballun għandha minn pass fit-tul u b’ġirja minn nofs grawnd kkonkludiet fil-baxx biex għamlithom 2-0. Iż-żewġ gowls l-oħra ta’ Sassuolo waslu minn Kamila Dubcova bil-gowl tal-Viola jasal minn Stephanie Breitner.
Bugeja kienet sfortunata meta fis-60 minuta l-konklużjoni tagħha minn barra l-kaxxa ħabat mal-lasta. Hi kienet sostitwita fil-85 minuta u kienet deskritta bħala rivelazzjoni tal-futbol mill-kummentatutr tal-partita.
Dan kien it-tielet gowl ta’ Bugeja fis-Serie A wara li fid-debutt tagħha ma’ Sassuolo hi skorjat doppjetta kontra Napoli.
//= $special ?>