Is-Sibt filgħodu il-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-Isport, Żghażagħ , Għaqdiet mhux Governattivi u l-Ġlieda kontra l-Obeżità Robert Cutajar kellu laqgħa ma’ uffiċċjali tal-Malta Equestrian Fed. Matul din il-laqgħa gew diskussi l-isfidi li qed jiffaċċja dan l-isport f’pajjiżna. Minn naħa tiegħu Robert Cutajar reġa tenna l-appoġġ tiegħu f’isem l-Oppożizzjoni għal dan l-isport li hawn jipprattikawh madwar 200 persuna.
Fl-aħħar seduta tal-Parlament qabel il-waqfa tas-sajf l-Oppożizzjoni saħħqet mal-Gvern li federazzjonijiet nazzjonali f’pajjiżna li l-isport tagħhom imiss maż-żwiemel għandhom ikunu rapreżentati fl-Awtorita Ekwestri Malta, liem awtorità il-Gvern qed juri “ċerta urgenza” biex titwaqqaf. Robert Cutajar fil-parlament saħaq li l-Oppożizzjoni lesta tappoġġja t-twaqqif ta’ din l-awtorità dejjem pero jekk il-Gvern ikun ikkonsulta ma’ dawk l-assoċċjazzjonijiet koċċha li jmissu mal-isport taż-żwiemel f’pajjiżna li allura jinkludi fost l-oħrajn l-istess federazzjoni tal-Ekwestri kif il-Malta Polo Club, xi ħaġa li l-Gvern kien għadu m’għamiċx meta ressaq din il-ligi fil-Parlament f’Lulju li għaddha.
Waqt din il-laqgħa li għaliha attenda ukoll Jordi Farrugia f’isem Tim Sport PN , Robert Cutajar tenna dak li diga stqarr fil-Parlament li l-Oppożizzjoni kienet ser tressaq emendi għall-abbozz li ressaq il-Gvern b’rabta mat-twaqqif ta’ Ekwestri Malta.Il-Malta Equestrian Federaration saret it-23 ghaqda sportiva li qed tappoġġja l-kampanja Nazzjonali #sportforlife – lets beat obesity togdther li qed imexxi ‘l quddiem Id-deputat Robert Cutajar f’isem l-Oppożizzjoni, kampanja mmirata biex tmexxi ‘l quddiem il-valuri li joffri l-isport anke b’accenn biex tigi miggielda bis-serjeta l-pjaga tal-obeżita f’pajjiżna.
Għal Oppożizzjoni l-assoċjazzjonijiet kollha li għandhom x’jaqsmu mal-isport taż-żwiemel f’pajjiżna għandhom ikunu rappreżentati fuq l-awtorità li qed jipproponi l-Gvern.
L-assoċjazzjonijiet li s’issa ingħaqdu f’din il-Kampanja Nazzjonali #sportforlife – lets beat obesity together huma: Aquatic Sports Association of Malta, Għaqda Regatta Nazzjonali, Malta Amateur Athletic Associations, Hockey Association of Malta, Malta Baseball and Softball Association, Malta Basketball Association, Malta Cricket Association, Malta Gymnastics Federation, Malta Handball Association, Malta Judo Federation & A.D, Malta Netball Association, Malta Rugby Football Union, Vikings Sailing Club, Malta Football Association, Malta Shooting Sport Federation, Malta Squash, Malta Cycling Federation, Malta Tennis Federation, Malta Tenpin Bowling Association, Malta Malta Equestrian Federation u Badminton Malta. Assoċjazzjonijiet sportivi oħrajn se jkun qegħdin jissieħbu f’din il-kampanja nazzjonali matul il-jiem li ġejjin.
//= $special ?>