Coronavirus Lokali Saħħa

KONFERMATA: Anzjan Mosti jmut bil-Covid-19; il-fatalitajiet jitilgħu għal 39

Anzjan ta’ madwar 70 sena huwa d-39 vittma tal-Coronavirus f’pajjiżna.

Il-Ministeru tas-Saħħa kkonferma l-aħbar li ħareġ Net News

Minn informazzjoni li waslitilna, l-anzjan ittestja pożittiv għall-Covid-19 madwar ġimgħa ilu. Huwa għamel xi jiem rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Jidher li l-vittma hu mill-Mosta, u fl-aħħar minuti kien hemm diversi li esprimew kondoljanzi għat-telfa tiegħu b’mod partikolari fuq il-media soċjali.