Lokali

Arrestati tnejn b’rabta mad-droga

Ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’Paceville, il-lejl illi għadda, wassal għall-arrest ta’ żewġt irġiel b’rabta ma’ pussess u traffikar ta’ droga.

Wara investigazzjoni u osservazzjoni li saret, il-Pulizija waqfet lill-irġiel u għamlet tfittxija fuqhom.

Minn tfiffxija li saret fuq raġel ta’ 36 sena minn Franza nstab fil-pussess tiegħu sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis.

Tfittxija oħra saret fuq raġel ta’ 25 sena mill-Gambia fejn instab fil-pussess ta’ diversi pakketti b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis f’ċirkostanzi li juru li ma kienux għall-użu esklussiv tiegħu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, filwaqt li r-raġel mill-Gambia mistenni jitressaq il-Qorti għada.