Futbol Sport

Chelsea b’rebħa kbira fuq Crystal Palace

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel partita mir-raba’ ġurnata – minkejja li Chelsea ddominaw għal hinijiet twal matul l-ewwel taqsima, kellhom jistennew sa ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima biex jiftħu l-iskor.Minn cross , Mamadou Sakho ma tajjarx tajjeb, approfitta BEN CHILWELL li fid-debutt tiegħu ma’ Chelsea għeleb lil Vicente Guaita.Chilwell sar it-23 plejer fl-istorja ta’ Chelsea li skorja fid-debutt.Chelsea baqgħu jiddominaw u meritatament fis-66 minuta għamlu l-iskor 2 – 0 .

Azzjoni ta’ Chilwell b’ KURT ZOUMA ma’ jfallix.Għaxar minuti wara l-iskor sar 3 – 0 . Tyrick Mitchell iffawlja lil Tammy Abraham bir-referee Michael Oliver isaffar penalty.Tah JORGINHO li għeleb lil Guaita. Fit-82 minuta foul fil-kaxxa minn Mamadou Sakho fuq Kai Havertz.Mill-ġdid penalty għal Chelsea u mill-ġdid JORGINHO skorja 4 – 0.