“Irridu nieqfu ninħlew f’taħbit bejnietna. Illum qed inwiegħed il-lealtà tiegħi lejn Bernard Grech”.
F’messaġġ imxandar fuq Net TV wara r-riżultat tal-elezzjoni tas-Sibt, Adrian Delia qal li x-xogħol li sar fl-aħħar tliet snin ma ntilifx. U insista li se jibqa’ jissielet għal dak li jemmen fih.
“Illum rebaħ il-Partit Nazzjonalista”, qal Adrian Delia, u saħaq li se jibqa’ leali lejn il-pajjiż, lejn il-partit u lejn il-Kap il-ġdid. Appella biex darba għal dejjem titneħħa l-mibgħeda mill-politika.
“Noffri s-saħħa kollha tiegħi lill-Kap tal-PN, u se nkun tarka għalih”.
Intant, Adrian Delia irringrazja lil dawk kollha li ivvutaw f’din l-elezzjoni, u saħaq illi dan il-proċess juri li l-PN huwa partit ħaj.
Adrian Delia rringrazja wkoll lill-Kummissjoni Elettorali għax-xogħol impekkabbli li wettqet.
//= $special ?>