Everton kisbu r-raba’ rebħa minn daqstant partiti meta għelbu lil Brighton 4-2. Il-gowls ta’ Everton waslu mingħand DOMENIC CALVERT-LEWIN wara 16 -il minuta, b’NEAL MAUPAY iġib id-draw fil-41 minuta.
YERRY MINA tefa’ lil Everton fil-vantaġġ ftit qabel tmiemm l-ewwel taqsima u doppjetta ta’ JAMES RODRIGUEZ ikkonfermat ir-rebħa għal Everton. Brighton naqqsu d-dista fid-90 minuta permezz ta’ YVES BISSOUMA.
Manchester City kienu miżmuma fi draw minn Leeds United. RAHEEM STERLING fetaħ l-iskor wara 12 -il minuta filwaqt li RODRIGO ġab id-draw għat-tim ta’ Marcelo Bielsa fil-59 minuta. Lejn it-tmiem, Leeds setgħu ħadu t-tliet punti meta Patrick Bamford naqas milli jikkonkludi wara Ederson.
//= $special ?>