Futbol Sport

Ferdinando Apap jieħu post Karl Micallef fl-iskwadra nazzjonali

Ferdinando Apap ta’ Hibernians ħa post Karl Micallef ta’ Ħamrun fl-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti msejjħa minn Devis Mangia għall-partiti internazzjonali li jmiss.

Micallef kellu jiġi mibdul wara li kellu jitpoġġa f’iżolament għall-14 -il ġurnata wara li kien hemm persuna viċin tiegħu li rriżultat pożittiv għall-coronavirus, b’Micallef u l-bqija tal-plejers tat-tim Malti jirriżultaw fin-negattiv għall-coronavirus.