Elezzjoni Kap PN Lokali

“Flimkien għamilna l-ewwel pass” – Bernard Grech

Fl-ewwel messaġġ tiegħu wara li ħarġu l-ewwel indikazzjonijiet li Bernard Grech kellu vantaġġ fil-votazzjoni għal Kap ġdid tal-PN, dan kien il-messaġġ li kiteb fuq il-media soċjali.

“Illejla flimkien għamilna l-ewwel pass. Pass biex dan il-Partit verament ngħaqqduh, inġedduh u flimkien – nirnexxu. Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lil kull min għamel dan ir-riżultat possibbli. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-kollega Adrian Delia, ninsab ċert anke hu se jibqa’ jagħti sehemu għall-ġid tal-Partit minn issa ‘l quddiem. Grazzi speċjali lill-marti AnneMarie u tfal Neil u Maria tal-appoġġ kontinwu tagħhom. Il-ħidma vera tibda issa. Mill-ġdid, grazzi lil kulħadd.”

L-eks kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil awgura lil Bernard Grech bħala KAP ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Huwa qal “Ir-rebħa tiegħek hija rebħa għall-PN u rebħa għal Malta.”